Wara ġimgħa li fiha rreġistrajna 12-il każ pożittiv, fil-bidu tal-21 ġimgħa, illum ma ġie rreġistra l-ebda każ ġdid ta’ COVID-19 fost 1085 swab test.
B’hekk il-każi attivi baqgħu 12 hekk kif ħadd ma fieq mill-Coronavirus f’pajjiżna fl-aħħar 24 siegħa.
Sa mis-7 ta’ Marzu, f’Malta u Għawdex b’kollox ġew irreġistrati 686 każ pożittiv mill-COVID-19.
B’kollox fiequ 665 persuna filwaqt li pajjiżna ġarrab 9 telfiet mill-Coronavirus sa mit-8 t’April li għadda.
//= $special ?>