Sport Waterpolo

San Ġiljan u Neptunes b’punti massimi fil-gruppi tagħhom … Marsaxlokk jirritornaw għar-rebħ

(Ritratt: Matthew Tabone)

Stewart Said

San Ġiljan TUM Invest baqgħu b’punti massimi fi Grupp B b’rebħa konvinċenti ta’ 17-7 kontra Exiles Ferretti. Il-logħba kienet pjuttost miftuħa b’San Ġiljan li għandhom aktar kwalità tant li r-rebħa qatt ma kienet f’dubju. Doppjetta ta’ Dino Zammit u Mattias Ortoleva taw vantaġġ ta’ 3-0 lil San Ġiljan, liema vantaġġ kompla jiżdied gradwalment matul il-logħba.

Exiles wettqu reazzjoni wara li kienu 5-0 b’żewġ gowls ta’ Sean Xerri de Caro. Il-Ġiljaniżi għamlu prattikament ċert mir-rebħa bi tliet gowls konsekuttivi li daħħluhom jistrieħu 6-3 minn fuq. Għal tliet darbiet fit-tielet sessjoni, Exiles wieġbu għall-gowls ta’ San Ġiljan, sakemm Paul Fava u Ben Plumpton għamlu l-iskor 14-6. It-tim ta’ Dorian Pisani rebaħ ukoll l-aħħar sessjoni bi tliet gowls minn tliet plejers differenti.

SAN ĠILJAN TUM INVEST…….. 17

EXILES FERRETTI………………… 7

(3-0), (6-3), (5-3), (3-1)

San Ġiljan: J. Tanti, K. Tanti, A. Galea (4), M. Mannino, M. Zammit (2), B. Plumpton (3), J. Bonavia, Z. Micallef, Da. Zammit, P. Fava (1), Di. Zammit (6), G. Vassallo, M. Ortoleva (1), K. Magri

Exiles: M. Castillo, J. Bajada, A. Magri, P. Paris (1), T. Sullivan, S. Xerri de Caro (2), M. Fenech (1), K. Griscti (1), N. Paris (2), A. Cousin, S. Apap, D. Fenech, I. Schembri

Referees: Andrea Barretta, Mario Dalli

Neptunes ukoll kisbu t-tieni rebħa tagħhom iżda fi Grupp A. Huma għelbu lil Birżebbuġa Freeport 14-7 f’logħba li għalkemm kienu l-aħjar tim, kellhom sfida minn Birżebbuġa f’mumenti twal mil-logħba, bit-tielet sessjoni tkun dik determinanti. Neptunes kellhom iwettqu reazzjoni kmieni wara li David Pace Lupi poġġa lil Birżebbuġa 2-0 minn fuq. Tripletta taż-żagħżugħ Jake Muscat u doppjetta tal-captain Stevie Camilleri dawru l-iskor favur Neptunes.

It-tim ta’ Jovan Popovic temm l-ewwel sessjoni 6-4 u wara li fit-tieni sessjoni Camilleri kabbar il-vantaġġ, Christian Mifsud naqqas id-distakk sakemm Jake Muscat daħħal lit-tim tiegħu 8-5 fil-vantaġġ. Neptunes għamlu ċert mit-tliet punti fit-tielet sessjoni b’erba’ gowls mingħajr risposta permezz ta’ Stevie Camilleri, Jeremy Abela u doppjetta ta’ Nikolai Zammit. Huma kkontrollaw il-vantaġġ fl-aħħar sessjoni.

(Ritratt: Matthew Tabone)

NEPTUNES…………………………….. 14

BIRŻEBBUĠA FREEPORT…………. 7

(6-4), (2-1), (4-0), (2-2)

Neptunes: A. Borg Cole, J. Muscat (4), L. Calleja, G. Pace (1), S. Busuttil, J. Spiteri Staines, S. Camilleri (5), J. Camilleri, J. Abela (1), N. Zammit (3), A. Fenech, S. Gialanze, B. Busuttil, M. Castillo, J. Cachia

Birżebbuġa: M. Rossi, J. Farrugia (1), N. Cassar, D. Pace Lupi (2), C. Mifsud (3), P. Serracino, S. Vassallo, D. Cutajar, M. Bonnici, M. Borg, R. Spiteri, S. Fava, M. Sladden, B. Grech (1), Z. Bartolo

Referees: Peter Balzan, Stefan Licari

Mill-istess grupp, Marsaxlokk Brown’s Pharma rritornaw għar-rebħ wara ż-żelqa kontra Birżebbuġa Freeport. Fil-ġurnata kienu aħjar minn Marsaskala Fish and Fish għalkemm lejn it-tmiem issugraw li jitilfu dak li ħadmu għalih. Marsaxlokk kisbu vantaġġ doppju permezz ta’ Michael Cordina iżda Marsaskala rnexxielhom jirkupraw l-iżvantaġġ sa tmiem is-sessjoni b’żewġ penalties ta’ Jan Culic. Ix-Xlukkajri daħlu jistrieħu 4-2 minn fuq b’gowls ta’ Matteo Martellacci u Joseph Galea.

Dawn iż-żewġ gowls għenu lit-tim ta’ Joe Cremona biex seta’ jikkontrolla l-logħba aħjar u saħansitra kabbru l-vantaġġ b’gowl ta’ Benji Lanzon lejn tmiem it-tielet sessjoni. Id-distakk kiber għal 7-2 fl-aħħar sessjoni iżda Marsaskala skorjaw tliet darbiet permezz ta’ Kyle Navarro, Malcolm Manara u Liam Grixti biex daħlu fil-logħba. Iżda wara okkażjoni li fallew, Marsaxlokk għalqu l-logħba bit-tieni gowl fil-logħba ta’ Timmy Agius.

MARSASKALA FISH AND FISH…… 5

MARSAXLOKK BROWN’S…………… 8

(2-2), (0-2), (0-1), (3-3)

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, A. Camenzuli, P. Privitera, M. Aquilina, L. Grixti (1), K. Navarro (1), M. Manara (1), L. Felice, J. Culic (2), R. Attard, G. Galea, A. Muscat, J. Erdogan, N. Gatt

Marsaxlokk: R. Coleiro, J. Rizzo Naudi, M. Martellacci (2), M. Pace, T. Agius (2), B. Lanzon (1), J. Galea (1), K. Cremona, M. Cordina (2), R. Scerri, M. Cacici, O. Zammit, F. Buhagiar, J. Portelli, L. Saliba

Referees: Andrea Barretta, Massimo Angileri