Futbol Sport

Xavi jikkonferma li hu pożittiv għall-coronavirus

(Ritratt: EPA)

L-eks plejer ta’ Barcelona Xavi Hernandez ikkonferma li hu pożittiv għall-coronavirus iżda ma għandux sintomi. Xavi li hu kowċ ta’ Al-Sadd u ġedded il-kuntratt aktar kmieni dan ix-xahar, qal li se jinqata’ għalih hekk kif it-tim tiegħu pprepara għall-ewwel konfront tal-Qatar Stars League li ġie sospiż minħabba l-Covid-19.

Fl-assenza tiegħu, David Prats se jmexxi lit-tim. Xavi kompla li segwa l-protokoll mediku tal-QSL u minn hemm ħareġ li hu pożittiv. Hu sostna li qed iħossu tajjeb u se jkun iżolat qabel jingħata l-permess li kollox jinsab tajjeb. L-Ispanjol saħaq li meta jkun jista’ jirritorna, se jkun aktar ħerqan biex jerġa’ jmur lura għar-rutina ta’ kuljum.