Lokali

Awstrijak ta’ 53 sena jitlef ħajtu hu u jogħdos f’Għawdex

Awstrijak ta’ 53 sena tilef ħajtu traġikament wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jogħdos fil-Bajja ta’ Xatt l-Aħmar f’Għajnsielem, Għawdex.

L-inċident seħħ f’xi l-11.00am.

Uffiċjali tal-Pulizija u membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex marru immedjatament fil-post fejn sabu lill għaddas fuq l-art wara li ttella’ mill-baħar minn xi nies li kienu miegħu.

Huwa mill-ewwel beda jingħata l-assistenza medika, iżda sfortunatament l-Awstrijak tilef ħajtu ftit wara.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntat.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.