Fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 14-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’pajjiżna.
Dan ifisser li f’24 siegħa l-kazi attivi aktar milli rduppjaw u issa telgħu għal 26 hekk kif ma kienx hemm persuni li fiequ mill-virus fl-aħħar sigħat.
Il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru tas-Saħħa, ma tatx dettalji dwar dawn il-każi l-ġodda, madankollu jidher li numru minnhom huma marbuta ma’ żewġ attivitajiet li saru fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Waħda kienet attività f’lukanda f’San Ġiljan u l-oħra kienet festa li ġiet iċċelebrata f’Għawdex fl-istess jiem.
In-numru totali ta’ każi li kienu rreġistrati f’pajjiżna hu ta’ 700.
//= $special ?>