Is-Sibt filgħaxija għall-ħabta tad-9.30, il-Pulizija arrestat erba’ persuni fuq pussess ta’ droga fi Triq Luqa Briffa, il-Gżira.

Wara ġranet ta’ sorveljanza, l-operazzjoni lbieraħ tmexxiet mill-Pulizija mill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra tad-Droga, assisiti mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit, meta daħlu f’appartament u arrestaw żewġt irġiel u żewġ nisa bejn it-30 u l-55 sena.

Mit-tfittxija li għamlu, il-Pulizija elevat sustanza suspettuża, allegatament kokaina, eroina u cannabis, kif ukoll ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti.

Bil-każ infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Doreen Clarke filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
