Lokali

“Għamel użu biss mill-għodod uffiċjali tal-Partit” – PN

Il-Partit Nazzjonalista jagħmel referenza għal messaġġi li qegħdin jiċċirkolaw fuq WhatsApp li fihom qed jiġi mħeġġeġ biex tabbona ma’ grupp bl-isem PN+ biex dak li jkun jirċievi xi forma ta’ informazzjoni u aġġornamenti b’dak li jkun qed iseħħ fil-partit.

Il-Partit Nazzjonalista jinforma li dan mhux grupp awtorizzat tal-partit u lanqas iċ-chat tal-WhatApp ma hija pjattaforma awtorizzata tal-partit.

Fi stqarrija l-PN javża li wieħed għandu jagħmel użu biss mill-għodod uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista li huma l-media tiegħu, s-sit elettroniku u l-paġni uffiċjali fuq il-mezzi soċjali.

Il-PN lanqas ma jiġbor jew jitlob xi data personali tal-persuni mingħajr il-kunsens personali u jimxi skont
il-liġijiet fir-rigward tal-protezzjoni tad-data u tal-GDPR.