Is-soċjetà li qed ngħixu fiha qiegħda tixhed faqar ġdid – u jekk aħna għandna dritt nħabbtu lil ħaddieħor għall-għajnuna, hekk ukoll għandna ngħinu lil ħaddieħor.
Hekk sostna l-Arċisqof Charles Scicluna fl-omelija tiegħu waqt il-pontifikal solenni tal-festa ta’ Kristu Re Sultan tal-Ħolqien Kollu, f’Raħal Ġdid. L-Arċisqof appella għal paċi fil-qalb – paċi li ddeskriviha bħala waħda li l-ebda flus ma jistgħu jixtruha iżda persuna takkwistaha ġaladarba tgħix ta’ nies magħha nnifisha u ma’ ta’ madwarha.

Numru kbir ta’ Pawlisti nġabru ħerqanin fil-knisja parrokjali ta’ Raħal Ġdid – fejn b’festeġġamenti ridotti bħal ma’ wieħed jistenna kawża tal-pandemija tal-Covid-19, il-jum tal-Ħadd 26 ta’ Lulju, 2020 xorta waħda ser jibqa’ mfakkar bħala jum speċjali għal dan ir-raħal. Dan għaliex sa fl-aħħar il-parruċani Pawlisti wettqu l-ħolma ta’ missirijiethom.
Dan minħabba l-fatt li matul din il-quddiesa solenni – l-Arċisqof Charles Scicluna qara d-digriet li biha l-Knisja ġiet mgħollija għad-dinjità ta’ Bażilika Minuri grazzi għal barka wkoll ta’ Papa Franġisku.

Dan filwaqt li l-Arċisqof bierek it-tribuna, li wara li kienet fil-pjanti oriġinali tal-Knisja, sa fl-aħħar hija ġiet mfassla b’xogħol l-artist Għawdxi Manuel Farrugia.
Fid-dekorazzjoni f’kull faċċata, wieħed isib l-armi ta’ San Piju X, li waqqaf il-parroċċa 110 snin ilu, tal-Papa Piju XI, li waqqaf il-festa ta’ Kristu Re, tal-Papa Franġisku, li eleva l-Knisja għall-Bażilika Minuri, u tal-Arċisqof Charles Scicluna, li laqa’ t-talba tal-Pawlisti u beda l-proċess biex il-Knisja ssir Bażilika s-sena l-oħra.
Dan filwaqt li wara l-quddiesa solenni, d-devoti nġabru wara l-Purċissjoni bil-Vara titulari ta’ Kristu Re’ akkumpanjata biż-żewġ baned.
//= $special ?>