Coronavirus Għawdex Lokali Saħħa

Il-Ministru Clint Camilleri jgħid li l-ebda mill-14-il każ mhu marbut m’Għawdex

Permezz ta’ post fuq Facebook, il-Minstru għal Għawdex Clint Camilleri caħad li xi wieħed mill-erbatax-il każ ġdid ta Covid-19 irreġistrati fl-aħħar 24 siegħa kienu assocjati b’xi mod ma’ Għawdex.

Dan b’ċaħda għal diversi rapporti fuq il-media soċjali li taw x’wieħed jifhem li uħud mill-każi l-ġodda kellhom rabta ma’ marċ li sar fl-aħħar jiem.

Intant fi stqarrija maħruġa fl-aħħar ħin, il-Ministeru tas-Saħħa spjega li 9 mill-każi l-ġodda huma marbuta mal-attivita fil-lukanda f’San Ġiljan li saret fl-aħħar jiem, tlieta oħra huma każi ta’ trażmissjoni lokali li mhux magħruf minn fejn ġew filwaqt li tnejn oħra huma każi importati minn barra.