Sport Sport Ieħor

It-tieni rebħa konsekuttiva għal Fabio Quartararo

(Ritratt: EPA)

Fiċ-ċirkwit ta’ Jerez f’Andalusia, is-sewweiq ta’ Yamaha Fabio Quartararo kiseb it-tieni rebħa tiegħu fejn iddomina mill-bidu tat-tellieqa. F’temperatura li tlaħħaq s-60 grad celcius fiċ-ċirkwit, bosta sewwieqa żviluppawlhom numru ta’ ħsarat tekniċi li wasslu biex xi sewweiqa kellhom jirtiraw mit-tellieqa.

Fuq il-podju flimkien ma’ Quartararo temm Maverick Viñales u warajh daħal it-Taljan Valentino Rossi fuq Yamaha, b’Viñales irnexxielu jaqbeż lill-istess Rossi żewġ dawriet mit-tmiem.

Fir-raba’ u fil-ħames post temmew Takaaki Nakagami u l-Ispnajol Joan Mir fuq Suzuki. Andrea Dovizioso rnexxielu jidħol fis-sitt post u warajh temm Aleix Espargaró. Fit-tmien u d-disa’ post temm Álex Márquez fuq Repsol Honda u Johann Zarco fuq Ducati filwaqt li fl-għaxar post temm l-Ispanjol Álex Rins. Iċ-Champion Marc Márquez ma rnexxielux jikkompeti f’din it-tellieqa wara l-inċident li kellu l-ġimgħa l-oħra u kellu jagħmel operezzjoni fi spalltu

MOTOGP

Kif spiċċaw: 1 F. Quartararo 41:22.666, 2 M. V iñales +4.495, 3 V. Rossi +5.546, 4 T. Nakagami +6.113, 5 J. Mir +7.693, 6 A. Dovizioso +12.554, 7 P. Espargaro’ +17.488, 8 A. Márquez +19.357, 9 J. Zarco +23.523, 10 A. Rins +27.091, 11 T. Rabat +33.628, 12 B. Smith +36.306,  13 C. Crutchlow +dawra, Ma temmewx: F. Bagnaia, F. Morbidelli, B. Binder, D. Petrucci, J. Miller, A. Espargaro’, I. Lecuona, Miguel Oliveira