TURIN- Juventus aċċertaw mis-36 kampjonat tagħhom b’rebħa f’darhom…kontra Sampdoria. It-tim ta’ Maurizio Sarri kellu ċans jirbaħ il-kampjonat nhar il-Ħamis iżda tilfu barra minn darhom kontra Udinese 2-1. Dan huwa id-disa’ kampjonat konsekuttiv għat-tim minn Turin. Juventus ħarġu determinati li jaċċertaw ruħhom mit-tilu żewġ partiti mit-tmiem u minkejja li naqsu milli joħolqu periklu lejn il-lasti avversarji huma marru fil-vantaġġ fis-seba’ minuta tal-ħin addizzjonali fuq l-ewwel taqsima meta kien CRISTIANO RONALDO li wara li rċieva mingħand Pjanic li se jħalli lill-klabb fi tmiem l-istaġun tefa’ lil Juventus 1-0 minn fuq.
Juventus għamluhom 2-0 fis-67 minuta meta x-xutt ta’ Ronaldo kien b’mod parzjali salvat minn Audero, b’BERNARDESCHI jkun l-ewwel fuq il-ballun biex jikkonkludi mill-viċin. Sampdoria mmew jilgħabu b’għaxar plejers wara li Thorsby ntwera’ t-tieni karta safra. Fis-87 minuta, Juventus ingħataw penalty għall-foul ta’ Depaoli fuq Alex Sandro. minn ħdax -il metru Cristiano Ronaldo ra l-penalty tiegħu jaħbat mal-mimduda.
SERIE A
Kif Spiċċaw: Bologna v Lecce 3-2, Cagliari v Udinese 0-1, Roma v Fiorentina 2-1, Spal v Torino 1-1, Verona v Lazio 1-5, Juventus v Sampdoria 2-0
//= $special ?>