Futbol Sport

Leighton Baines iħabbar li se jirtira mill-futbol

Id-difensur laterali ta’ Everton Leighton Baines ħabbar li se jkun qiegħed jirtira mill-futbol wara t-telfa li Everton sofrew fl-aħħar partita tal-Premier League kontra Bournemouth.

Baines li llum għandu 35 sena lagħab 420 darba għat-Toffees fi tlettax –il sena fejn rnexxielu jiskorja 39 gowl u għamel 67 assist. F’ittra li kiteb lill-partitarji ta’ Everton Baines irringrazzja lil kull min kien parti minn dan il-vjaġġ tiegħu u qal li jinsab kburi li libes il-flokk ta’ Everton.

It-tim ta’ Carlo Ancelotti offra lil Baines kuntratt ta’ sena bil-plejer jirrifjuta din l-offerta. L-eks plejer ta’ Wigan lagħab 30 darba għat-tim nazzjonali Ingliż u kien parti mill-iskwadra fit-Tazza tad-Dinja tal-2014 li saret fil-Brażil.