Manchester United kisbu post fil-UEFA Champions League wara li għelbu lil Leicester 2-0.Manchester United fetħu l-iskor tard fit-tieni taqsima meta Jonny Evans deher jwaqqa’ lil Anthony Martial fil-kaxxa bir-referee Martin Atkinson jordna penalty li minn ħdax –il metru l-akkwist ta’ Jannar BRUNO FERNANDES ma żbaljax. Tard fil-partita Leicester spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers wara li tkeċċa Jonny Evans. JESSE LINGARD approfitta mit-tkeċċija u żied ieħor għat-tim ta’ Ole Gunnar Solskjaer.
Chelsea ukoll aċċertaw minn post fiċ-Champions League wara li f’darhom għelbu lil Wolves 2-0.Chelsea fetħu l-vantaġġ tard fl-ewwel taqsima bi freekick minn MASON MOUNT. Fir-raba’ minuta tal-ħin addizzjonali fuq l-ewwel taqsima, OLIVIER GIROUD għamilhom 2-0 wara li qabeż lill-gowlkiper u kkonkluda f’xibka vojta.
Watford sfaw relegati wara li tilfu barra minn darhom kontra Arsenal 3-2.Arsenal fetħu l-iskor wara biss ħames minuti meta ngħataw penalty għal foul ta’ Dawson fuq Lacazette. Minn ħdax il-metru AUBAMEYANG ma żbaljax. Fl-24 minuta KIERAN TIERNEY irdoppja b’xutt fil-baxx biex AUBAMEYANG għamilhom 3-0 fit-33 minuta b’gowl akrobatiku. Watford naqqsu d-distakk żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima meta ngħataw penalty wara fawl ta’ David Luiz fuq l-eks plejer ta’ Arsenal Danny Welbeck, bi TROY DEENEY jegħleb lil Martinez. Watford daħlu fil-partita fis-66 minuta meta minn cross ta’ Sarr kien DANNY WELBECK li għamilhom 3-2.
Aston Villa salvaw posthom fil-Premier League meta kisbu draw ta’ 1-1 kontra West Ham. Aston Villa marru fil-vantaġġ tard fil-partita meta l-captain JACK GREALISH għamilhom 1-0. Żewġ minuta biss wara West Ham ġabu d-draw permezz ta’ ANDRIY YARMOLENKO.
Minkejja r-rebħa ta’ 3-1 fuq Everton, Bournemouth sfaw xorta waħda relegati.Bournemouth fetħu l-iskor wara tlettax –il minuta meta Richarlison deher imiss l-ballun b’idu fil-kaxxa bir-referee jordna penalty li minn ħdax –il metru, JOSHUA KING ma żbaljax. MOSIE KEAN ġab id-draw għat-tim ta’ Carlo Ancelotti b’konklużjoni mill-viċin. It-tim ta’ EDDIE HOWE reġgħa mar fil-vantaġġ minuta fuq tmiem l-ewwel taqsima b’daqqa’ ta’ ras ta’ SOLANKE. Bournemouth żiedu t-tielet gowl fit-80 minuta permezz ta’ JUNIOR STANISLAS wara azzjoni tajba maħduma bejnu u bejn King.
Tottenham kisbu post fl-Europa League l-istaġun li ġej wara li ġew draw ta’ 1-1 kontra Crystal Palace.Tottenham marru fil-vantaġġ wara tlettax –il minuta meta wara li rċieva mingħand Lo Celso, HARRY KANE ma żbaljax minn pożizzjoni komda. Crystal Palace ġabu d-draw fit-53 minuta permezz ta’ JEFFREY SCHLUPP.
Iċ-Champions Liverpool rebħu barra minn darhom kontra Newcastle 3-1. Newcastle ħasdu liċ-champions l-ġodda meta wara biss minuta minnpass preċiż ta’ Shelvey kien DWIGHT GAYLE li tefgħa lit-tim ta’ Steve Bruce fil-vantaġġ. Liverpool ġabu d-draw fit-38 minuta b’daqqa’ ta’ ras ta’ VIRGIL VAN DIJK. Mas-siegħa logħob, Liverpool marru fil-vantaġġ permezz ta’ DIVOCK ORIGI li b’xutt minn barra l-kaxxa għeleb lil Dubravka. SADIO MANE żied it-tielet gowl għal Liverpool wara li rċieva mingħand Firminio fid-89 minuta.
Manchester City kisbu rebħa komda ta’ 5-0 kontra t-tim ġa relegat Norwich. Din kienet l-aħħar partita fil-Premier League ta’ David Silva. Norwich ħasbu li fetġu l-iskor wara biss tmien minuti, iżda l-gowl ta’ HERNANDEZ kien imħassar għal offside permezz tal-VAR. Manchester City marru fil-vantaġġ tliet minuti wara permezz ta’ GABRIEL JESUS, b’ KEVIN DE BRUYNE jirdoppja għat-tim ta’ Pep Guardiola b’xutt minn barra l-kaxxa. Manchester City żiedu ieħor fid-79 minuta b’gowl minn RAHEEM STERLING. RIYAD MAHREZ żied ir-raba’ gowl għal Manchester City fl-84 minuta. KEVIN DE BRUYNE skorja it-tieni gowl personali u l-ħames wieħed ta’ Manchester City fid-90 minuta.
Brighton għelbu lil Burnley 2-1.Brighton fetħu l-iskor fl-20 minuta b’xutt minn barra l-kaxxa ta’ BISSOUMA. Burnley ġabu d-draw b’konklużjoni mill-viċin minn CHRIS WOOD wara li rċieva mingħand Pieters. Ħames minuti minn ftuħ it-tieni taqsima, CONNOLLY tefgħa lit-tim ta’ Graham Potter fil-vantaġġ. Rodriguez ħaseb li ġab d-draw ftit qabel is-siegħa logħob bil-gowl tiegħu jkun mħassar għal offside permezz tal-VAR.
Southampton wettqu rimonta fuq Sheffield United wara li marru gowl minn taħt. Sheffield United fteġu l-iskor wara 26 minuta permezz ta’ LUNDSTRAM wara cross tajjeb ta’ Berge. CHE ADAMS approfitta minn żball difensiv ta’ Sheffield United biex ġab id-draw għas-Saints. Southampton marru fil-vantaġġ fil-71 minuta permezz ta’ ADAMS li skorja t-tieni gowl tiegħu.
Premier League
Kif spiċċaw: Arsenal v Watford 3-2, Burnley v Brighton 1-2, Chelsea v Wolves 2-0, C. Palace v Tottenham 1-1, Everton v Bournemouth 1-3, Leicester v Man Utd 0-2, Man City v Norwich 5-0, Newcastle v Liverpool 1-3, Southampton v Sheff. Utd 3-1, West Ham v A.Villa 1-1
//= $special ?>