Lokali

Mara Ingliża involuta fi ġlieda f’San Pawl il-Baħar – fil-periklu tal-mewt

Mata Ingliża ta’ 49 sena residenti San Pawl il-Baħar ittieħdet b’emerġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta fi ġlieda fl-istess lokalita’.

Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.45p.m. fi Triq it-Turisti. Hekk kif il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post huma sabu persuna mixħuta mal-art.

Minn stħarriġ preliminari jirriżulta li l-mara sofriet ġrieħi wara li kellha argument ma’ raġel Sirjan ta’ 38 sena residenti Ħal Balzan.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna lill-mara u ħadha l-Isptar Mater Dei għal iktar kura fejn iktar tard kienet ċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke fetħet inkjesta u ħatret numru ta’ esperti biex jassistu. Ir-raġel qed jiġi mitkellem mill-Pulizija fil-kors tal-investigazzjonijiet li qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett