Kenneth Vella
Il-21 laqgħa tas-sena fuq għaxar tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott fuq distanza twila ta’ 2640m saret il-Ħadd filgħaxija fil-korsa tal-Marsa. Spikkaw żewġ tiġrijiet tal-klassi Premier u li ntrebħu minn Navaj Brodda u Best Buissonay. Rodney Gatt temm l-aħjar sewwieq bi tliet rebħiet.
Ħdax -il żiemel ħadu sehem fl-ewwel tiġrija Premier. L-Isvediża Navaj Brodda ta’ Charles Camilleri kienet quddiem kważi tul id-distanza kollha. Din irnexxilha tieħu t-tieni rebħa tas-sena faċilment b’tul u nofs minn Paparazzi (Mark Bonnici) u Virus (Paul Galea). Apollo De Souvigne (Michael Ellul) kellu wkoll wirja tajba meta temm fir-raba’ pożizzjoni.
It-tieni tiġrija tal-aqwa klassi kienet ikkaratterizzata minn taqtiegħa kontinwa bejn erba’ żwiemel fid-dritta finali. Kien il-Franċiż Best Buissonay (Mark Bonnici) li rnexxielu jieħu l-ewwel rebħa fi xtutna wara li fl-aħħar metri xejjen l-isfida ta’ Vivaldi Du Vivrot (Anton Cassar). Il-ġdid Franciz Balthazar Maza (Cailin Borg) u Sandsjons Revenue (Charles Camilleri) daħlu warajhom f’dik l-ordni.
Fi tmiem dawn iż-żewg tiġrijiet, is-sewwieqa u s-sidien taz-żwiemel rebbieħa ġew premjati b’tifkira tal-okkazjoni minn Louis Grenet u Jean Bernard Delavoye, il-President u d-direttur tal-Kommunikazzjoni u Finanzi rispettivament tal-korsa ta’ Saint Aubin Les Elbeuf.
Ir-riżultati kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Firstly Light (N. Baldacchino) Ħin – 3.23” (1.16.9”) 2. Alfa Dream (R. Gatt) 3. Khali Magdalon (C. Gauci) 4. Brime Du Chene (J. Agius)
II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Frisquette Snob (R. Schembri) Ħin – 3.26.6” (1.18.2”) 2. Casper Du Valo (K. Agius) 3. Flexy Vert (D. Casha) 4. Dino Josselyn (G. Garzia)
III Tiġrija. Klassi Bronze A. Dist – 2640m. 1. Caballo Du Valbrio (R. Gatt) Ħin – 3.22” (1.16.5”) 2. Bienheureux (C. Vassallo) 3. Afro Seven (S. Schembri) 4. Utian Joy (M. Debono)
IV Tiġrija. Klassi Silver B. Dist – 2640m. 1. Goliath Boko (J. Vassallo) Ħin – 3.22.1” (1.16.6”) 2. Baryton (M. Ellul) 3. Astro La Bourgee (M. Debono) 4. New York Broline (J. Said)
V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Camelot Sisu (R. Gatt) Ħin – 3.20.6” (1.16”) 2. Tsunami (C. Farrugia) 3. Neverendingdream (H. McKay) 4. Hallas Judex (Ch. Magro)
VI Tiġrija. Klassi Silver A. Dist – 2640m. 1. Lajos Euro (C. Camilleri) Ħin – 3.24.4” (1.17.4”) 2. Cocktail Leman (J. Gafa’) 3. Amenophis Du Lilas (R. Gatt) 4. M.T. Khila (M. Ellul)
VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Navaj Brodda (C. Camilleri) Ħin – 3.21.3” (1.16.2”) 2. Paparazzi (M. Bonnici) 3. Virus (P. Galea) 4. Apollo De Souvigne (M. Ellul)
VIII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Teddy Boy O.K. (R. Gatt) Ħin – 3.21.4” (1.16.3”) 2. Vangiskan Scott (C. Camilleri) 3. Tom Des Rivieres (C. Calleja) 4. Quite A Feeling (N. Baldacchino)
IX Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Best Buissonay (M. Bonnici) Ħin – 3.19.4” (1.15.5”) 2. Vivaldi Du Vivrot (A. Cassar) 3. Balthazar Maza (C. Borg) 4. Sandsjons Revenue (C. Camilleri)
X Tiġrija. Klassi Silver A. Dist – 2640m. 1. Village Natal (N. Baldacchino) Ħin – 3.20.9” (1.16.1”) 2. Prinsen One (M. Farrugia) 3. Atout d’Haufor (M. Ellul) 4. Baltra Spider (S. Cassar)
//= $special ?>