Internazzjonali

Olivia de Havilland: Mietet ikona mill-Era tad-Deheb ta’ Hollywood, fl-età ta’ 104 sena

Olivia de Havilland, waħda mill-aħħar atturi u stilel li kien fadal mis-Snin tad-Deheb ta’ Hollywood, mietet fl-età ta’ 104 sena. L-attriċi mietet minn kawżi naturali fid-dar tagħha f’Pariġi (Franza) u meta għal żmien kienet l-aktar attriċi rikonoxxuta għar-rebħ tal-Oscar (Academy Award) li għexet fit-tul.

Il-karriera ta’ De Havilland damet għal aktar minn nofs-seklu u fejn ħadmet f’xejn anqas minn 50 film għaċ-ċinema. Hi kienet l-aħħar li baqgħet tgħix minn fost il-grupp ta’ atturi u attriċi involuti fil-film ċelebri Gone With The Wind (1939) .

L-attriċi — li kienet ilha tgħix f’Pariġi mill-1960 — kienet innominata għall-Oscar ħames darbiet; b’nominazzjoni partikulari tkun għall-interpretazzjoni tagħha ta’ Melanie Hamilton, f’Gone With The Wind.

Hi kienet magħrufa wkoll għar-relazzjoni diffiċli li kellha ma’ oħtha, l-attriċi Joan Fontaine — talent ieħor f’dan il-qasam u li, bħal De Havilland, kienet onorata bir-rebħ tal-Oscar.