RUMA- Roma saħħew posthom fil-ħames post b’rebħa ta’ 2-1 fuq Fiorentina. Roma marru fil-vantaġġ fl-45 minuta wara li Lirola deher iwaqqa’ lil Peres fil-kaxxa,, bir-referee jordna penalty b’VERETOUT minn ħdax –il metru ma jiżbaljax. Fiorentina ħarġu aħjar fit-tieni taqsima u ġabu d-draw fl-54 minuta b’daqqa ta’ ras ta’ MILENKOVIC. Roma laqgħtu l-lasta fil-65 minuta permezz ta’ xutt ta’ Henrikh Mkhitaryan. Roma ngħataw penalty kontroversjali fil-85 minuta meta l-gowlkiper Lopez deher li għamel foul fuq Dzeko bir-referee jordna penalty. Minn ħdax –il metru VERETOUT għamilhom 2-1 favur Roma.
VERONA- Lazion ġew minn gowl żvantaġġ biex għelbu lil Verona 5-1. Verona fteħu l-iskor fid-39 minuta wara li ngħataw penalty għal foul ta’ Luiz Felipe fuq Mattia Zaccagni, b’AMRABAT minn ħdax –il metru ma jiżbaljax. Lazio ngħataw penalty ħames minuti fuq il-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima wara lil Lazovic deher li daħal b’mod perikoluż fuq CIRO IMMOBILE, bl-istess plejer iġib id-draw għat-tim ta’ Simone Inzaghi. Lazio komplew bir-rimonta fit-tieni taqsima fejn fis-56 minuta kien MILINKOVIC-SAVIC li bi freekick mill-isbaħ għeleb lil Radunovic biex ftit wara, CORREA għamilhom 3-1. Lazio żiedu ieħor fl-84 minuta permezz ta’ CIRO IMMOBILE. IMMOBILE għaqqad il-hat-trick personali permezz ta’ penalty fl-aħħar ħinijiet tal-partita
BOLOGNA – Gowl fl-aħħar sekondi ċaħħa lil Lecce minn punt kruċjali f’telfa ta’ 3-2 kontra Bologna. Lecce jitilfu punt importanti fl-aħħar sekondi meta tilfu kontra Bologna 3-2. Bologna fetħu l-iskor wara biss żewġ minuti permezz ta’ RODRIGO PALACIO. Tliet minuti biss wara SORIANO rdoppja b’xutt minn barra l-kaxxa. Lecce naqqsu d-distakk żewġ minuti fuq l-ewwel taqsima b’konklużjoni mill-viċin minn MANCOSU. Lecce ġabu d-draw fis-66 minuta permezz FALCO wara azzjoni personali. Bologna kisbu t-tliet punti fl-94 minuta permezz ta’ MUSA BARROW.
CAGLIARI- Gowl fil-bidu tal-partita biżżejjed għall-rebħa ta’ 1-0 għal Udinese fuq Cagliari. Udinese marru fil-vantaġġ wara biss żewġ minuti permezz ta’ STEFANO OKAKA CHUKA u żammew l-uniku gowl skorjat sat-tmiem biex kisbu tliet punti importanti.
SPAL – Draw f’partita bla interess għall-fini ta’ klassifika. F’partita nieqsa mill-azzjonijiet fl-ewwel taqsima, Torino marru fil-vantaġġ fit-58 minuta permezz ta’ SIMONE VERDI wara li rċieva mingħand Rincon. SPAL irrispondew u minkejja li ħolqu xi azzjonijiet ġabu d-draw fit-80 minuta permezz ta’ MARCO D’ALESSANDRO
//= $special ?>