Sport Sport Ieħor

Simona Halep tirtira mill-Open ta’ Palermo

(Ritratt: EPA)

Is-seed numru tnejn fid-dinja Simona Halep irtirat mill-Open tax-xahar id-dieħel f’Palermo wara li l-Italja imponiet kwarantina mandatorja fuq in-nies li jkunu ġejjin mir-Rumanija u l-Bulgarija.

Il-Ministru tas-Saħħa Taljan, Roberto Speranza qal li dawk li se jkunu qed imorru l-Italja mir-Rumanija u l-Bulgarija se jkunu obbligati li jagħmlu 14 –il jum fi kwarantina bħala prevenzjoni għall-imxija tal-coronavirus.

L-organizzaturi tat-turnament qalu li jinsabu diżappuntati ferm bid-deċiżjoni ta’ Halep. L-Italja kienet waħda mill-agħar pajjiżi fl-Ewropa li nlaqtet mill-coronavirus bil-pajjiż jirreġistra aktar minn 35,000 mewt kawża tal-pandemija. Dan kien se jkun l-ewwel turnament professjonali tat-tennis wara ħames xhur.