Coronavirus Lokali Saħħa

“Studenti tal-Ingliż pożittivi għal Covid-19” – UPE

Jallegaw li l-istudenti jagħmlu parti mill-cluster tal-pool party

Studenti barranin li ġew jitgħallmu l-Ingliż f’pajjiżna ttestjaw pożittiv għal Covid-19.

Dan tħabbar fuq il-midja soċjali tal-Union of Professional Educators – Voice of The Workers hekk kif spjegat li sorsi ta’ min jorbot fuqhom infurmawhom li xi studenti li ġew ittestjati għall-virus ittestjaw pożittiv fl-aħħar sigħat.

Filwaqt li l-UPE spjegat li dawn l-istudenti pożittivi allegatament jagħmlu parti mill-cluster ta’ persuni pożittivi li attendew għall-pool party f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan – l-Union spjegat ukoll li l-edukaturi li jaħdmu fi skola partikulari ġew mħeġġa jmorru jagħmlu test immedjatament u joqgħodu f’iżolazzjoni bħala prekawzjoni.

Dan filwaqt li l-UPE saħqet li tinsab f’kuntatt kontinwu mal-membri tagħha.