Lokali

Tifel iweġġa’ gravi wara li jaqa’ f’gandott

L-isptar ġenerali ta' Għawdex - Mill-Arkivji

Tifel ta’ 13-il sena residenti Għajnsielem, Għawdex kellu jittieħed l-Isptar wara li sofra ġrieħi gravi.

Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7p.m. tal-bieraħ fi Triq Sant’ Antnin f’Għajnsielem. It-tfajjel kien qed isuq rota u għal xi raġuni waqa’ f’gandott.

It-tifel ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Iktar tard hu kien ċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.