Lokali

BIR-RITRATTI: 94 immigrant jiddaħħal Malta

Grupp ta’ 94 immigrant li kienu jinsabu fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta, iddaħħlu Malta ftit tal-minuti ilu abbord il-patrol boat P52. Dan wara li huma kienu salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta.

Fl-aħħar seba’ xhur f’pajjiżna daħlu ‘l fuq minn 1,800 immigrant. Dan filwaqt li fl-aħħar erba’ ġimgħat biss…kellna tliet gruppi ta’ immigranti li ddaħħlu f’pajjiżna.

L-aħħar grupp ġie salvat mill-AFM għaxart ijiem ilu , meta rajna 60 immigranti jiddahhal l-Isla abbord il-P61.