Lokali

Appell lill-Membri Parlamentari mill-midja indipendenti

Erba’ kmamar tal-aħbarjiet indipendenti qed jappellaw biex jittawwal il-proċess dwar il-liġi l-ġdid li titratta l-midja, sakemm is-sitwazzjoni tax-xandir f’Malta tkun regolarizzata.

Il-kmamar tal-aħbarjiet, it-Times of Malta, Lovin Malta, Malta Today u l-Malta Independent kitbu ittra lill-Prim Ministru qabel ma tkun diskussa din il-liġi u l-emendi tul din il-ġimgħa wara li d-Direttivi 2018/1808 tal-Unjoni Ewropea injorat is-sitwazzjoni unika ta’ Malta.

Il-kmamar tal-aħbarjiet qalu li huma mħassba għall-mod kif qed ikun trattat il-pluraliżmu tal-midja f’Malta, u li s-sitwazzjoni hija kkunsidrata bħala ta’ riskju għoli.

L-organizzazzjonijiet tal-midja argumentaw li r-regolamentazzjoni għandha tfittex li żżid it-trasparenza, il-kwalità u l-pluraliżmu tal-midja. Din il-liġi sempliċement twaqqaf l-aħbarijiet onlajn u l-programmi tal-ġrajjiet kurrenti fil-binarji tagħhom, fi żmien meta kwalunkwe demokrazija moderna tiddependi fuq ġurnaliżmu indipendenti aktar minn qatt qabel.

Tags