Lokali

Bi ġrieħi gravi wara inċident f’San Ġiljan

Raġel ta’ 51 sena residenti s-Swieqi qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ għal-ħabta tat-14.45 meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Sant’ Andrija f’San Ġiljan wara inċident bejn mutur u vettura.

Il-Pulizija tad-distrett marru mal-ewwel fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar jidher li seħħet ħabta bejn vettura tal-għamla VW Golf, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 36 sena residenti San Pawl il-Baħar u mutur tal-għamla Yamaha li kien qed jinstaq mill-vittma.

Ix-xufier tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura meħtieġa. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.