Coronavirus Internazzjonali

COVID-19: L-ewwel każ fir-Renju Unit ta’ qattusa li spiċċat infettata mill-bniedem

Il-Kap tal-Veterinarji fir-Renju Unit ikkonferma li fil-pajjiż kien hemm l-ewwel każ ta’ qattusa domestika pożittiva għall-Coronavirus.

Ir-riżultati tat-testijiet ma jurux li kien hemm trażmissjoni mill-qattusa lejn is-sidien tagħha, anzi. Kollox jindika li hi kienet infettata mill-bnedmin.

Skont il-BBC, it-testijiet kienu konfermati nhar l-Erbgħa f’Weybridge.

Il-Kap tal-Veterniarji, Christine Middlemiss, qalet li dan hu “każ rari, u li se jkomplu jsegwu dawn l-iżviluppi”.