Diversi tobba mill-Isptar Mater Dei kkonfermaw ma’ Net News li fl-aħħar sigħat feġġ każ ġdid ta’ Coronavirus f’waħda mis-swali.
Jidher li l-każ pożittiv kien ta’ pazjent fil-Medical Ward 3.
Dan is-sit għamel kuntatt mal-Ministeru tas-Saħħa għal reazzjoni uffiċjali, iżda s’issa għadna qed nistennew reazzjoni uffiċjali.
Minħabba d-diversi żviluppi li seħħew fl-aħħar jiem, huma bosta dawk li qed jappellaw biex jibdew mill-ġdid jitwasslu l-Bulettini Mediċi regolari mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika.
Bħalissa r-rata ta’ trażmissjoni lokali telgħet fil-livell ta’ 1, li hi ferm ogħla minn dak li kienet ħmistax ilu.
//= $special ?>