Lokali

Dritt ta’ risposta mill-MCAST

Wara li Net News ippubblika artiklu b’rabta ma’ sitwazzjoni fejn kurrikula tas-suġġetti fil-kulleġġ qed ikunu mfassla minn persuni li mhumiex magħrufa u li dan qed jagħmluh minghajr kosultazzjoni qabel jew wara mal-letturi li jgħallmu s-suġġetti nfushom, il-kulleġġ bgħat dan li ġej bħala dritt ta’ risposta fejn fost l-oħrajn ikkonfkerma riżenja li baqgħua mhux imħabbra minn fuq il-bord tal-Kurrikulu fi ħdan l-istess Kulleġġ.

L-MCAST jirreferi għall-artiklu tan-Net News tat-Tlieta, 21 ta’ Lulju 2020 u jixtieq jiċċara l-fatti li ġejjin:
Il-Kulleġġ qed ikompli bil-missjoni tiegħu bħala ċentru vokazzjonali ta’ eċċellenza. Kif imħabbar il-ġimgħa li għaddiet hemm investiment kontinwu biex jiġu żviluppati r-riżorsi u l-infrastruttura tal-MCAST għall-benefiċċju tal-istudenti u l-edukaturi. Din hija ċertament sitwazzjo i differenti
mill-istampa qarrieqa li jipprova juri l-artiklu.
Id-Deputat Prinċipal (Kurrikulu u affarijiet tal-istudenti) u d-Direttur tal-Kurrikulu, taw ir-riżenja tagħhom f’Ġunju u se jkunu qed jkomplu bil-ħidma tagħhom bħala letturi fl-MCAST. F’dan ir-rwol, se jkomplu jaħdmu mal-istudenti u jikkontribwixxu għall-ħidma tal-Kulleġġ. L-MCAST
jagħti opportunità biex ikun hemm mobiltà tax-xogħol għall-ħaddiema fi ħdan il-Kulleġġ stess.

Fir-rigward tal-kitba tas-sillabi, l-MCAST iħaddem Unit Developers wara sejħiet miftuħa għallapplikazzjonijiet interni u esterni. Dan isir għal kull sillabu li jrid jiġi mfassal u skont proċeduri rigorużi ta’ amministrazzjoni pubblika biex nimpjegaw kittieba tas-sillabi ikkwalifikati fis-suġġetti differenti.

Ix-xogħol ta’ dawn l-esperti huwa wkoll immonitorjat u approvat mid-Dipartiment talKurrikulu. Kull lettur jista’ japplika biex jagħmel dan ix-xogħol għal rata stabbilita fil-ftehim kollettiv dwar xogħol addizzjonali mil-letturi.

Huwa b’diżappunt kbir li ninnutaw li dan l-artiklu huwa bbażat fuq informazzjoni mhux verifikata u li l-MCAST ma ntalabx għall-informazzjoni rilevanti qabel il-pubblikazzjoni. Din il-ħsara b’informazzjoni qarrieqa qed issir għad-detriment ta’ eluf ta’ studenti u ħaddiema talMCAST.

Net News kien staqsa min huma l-persuni li qed ifasslu dawn il-kurrikula, madankollu għal din il-mistoqsija sa issa għada ma ngħatatx tweġiba.

Tags