Coronavirus Knisja Lokali Saħħa

Il-Knisja mhux responsabbli tal-marċi li qed isiru

Kulħadd għandu josserva b’attenzjoni d-direttivi dwar il-prevenzjoni tal-COVID-19

Il-Knisja f’Malta tappella biex kulħadd josserva b’attenzjoni d-direttivi dwar
il-prevenzjoni tal-COVID-19. Dan sabiex tkun imħarsa għall-ħarsien is-saħħa tal-poplu Malti kollu. Dan jgħodd ukoll għall-Quddies fil-knejjes.

Il-Knisja tfakkar li għal din is-sena qed torganizza l-festa fil-parroċċi u fi knejjes oħra b’quddiesa u pellegrinaġġ biss. Attivitajiet oħra, bħalma huma l-marċi, mhumiex responsabbiltà tal-Knisja imma tal-entità li torganizzahom u tal-awtorità ċivili li tawtorizzahom.

Fil-każ tal-marċi r-responsabbiltà hi tal-każini tal-banda u tal-Pulizija.