“Bħala assoċjazzjonijiet mediċi, aħna napprovaw l-appell tal-MAM, billi nappellaw bil-qawwa u pubblikament lill-gvern biex jirrevoka l-permessi kollha għall-avvenimenti tal-massa u jipprijoritizza s-saħħa u l-benesseri tan-nazzjon kollu fuq l-interessi ekonomiċi ta’ minoranza.” – Disa’ Assoċjazzjonijiet Mediċi
F’dikjarazzjoni konġunta minn numru ta’ assoċjazzjonijiet mediċi marbuta mal-aħħar aħbarijiet li ħarġu f’pajjiżna fir-rigward tal-COVID-19, intqal li wara xhur ta’ restrizzjonijiet, qed jiġi nnutat ir-ritorn progressiv għal normalità ġdida.
Barra minn hekk, huma appellaw ukoll lill-Gvern biex ikun aktar attent għar-rakkomandazzjonijiet tas-saħħa pubblika meta fil-futur ikun qed jifformula l-politika ta’ pajjiżna.
L-esperti mediċi saħqu li sfortunatament, il-gvern għadu ma rrispondiex b’mod sensibbli għaż-żieda fil-każijiet u injora għal kollox it-talbiet dejjem jikbru għall-projbizzjoni ta’ avvenimenti tal-massa.
Huma jinsabu serjament imħassba bin-numru ta’ każi ġodda li pajjiżna kellu fejn fakkru li fil-ġimgħat li ġejjin hemm diversi avvenimenti ppjanati, li se jlaqqgħu għexieren ta’ eluf ta’ persuni fejn il-miżuri ta’ mitigazzjoni huma diffiċli biex jiġu implimentati. Huma qalu li dawn l-avvenimenti għandhom il-potenzjal li jirriżultaw f’żidiet kbar ta’ każijiet li jikkompromettu l-kisbiet kollha li saru wara sagrifiċċju kollettiv fl-istadji bikrija tal-pandemija.
Id-Disa’ Assoċjazzjonijiet Mediċi:
Association of Anaesthesiology of Malta (AAM)
Association of Emergency Physicians of Malta (AEPM)
Association of Orthopaedic and Trauma Surgeons of Malta (AOTSM)
Association of Private Family Doctors (APFD)
Association of Surgeons of Malta (ASM)
Maltese Association of Opthalmologists (MAO)
Maltese Association of Otolaryngologists and Head and Neck Surgeons
Maltese Association of Radiologists and Nuclear Medicine Physicians (MARNMP)
Maltese Paediatric Association (MPA)
//= $special ?>