Biż-żieda ta’ każijiet pożittivi għall-COVID-19 li kienu reġistrati f’dawn l-aħħar jiem, ir-rata ta’ trażmissjoni lokali reġgħet qabżet il-1.
Kliem il-Virologu Chris Barbara f’intervista ma’ Net News, fejn sostna li jekk il-pubbliku mhux se jsegwi l-pariri ta’ mitigazzjoni meta jattendi l-attivitajiet tal-massa, allura ma jirrakomandax li dawn jibqgħu jsiru.
“Kieku kulħadd iġib ruħu sew u juża dawn il-pariri ta’ mitigazzjoni, iktar nistgħu ngawdu. Però f’dan il-każ, kif qed isiru l-affarijiet jidher li n-nies qishom insew dak li ġara fil-passat.. ħasbu li l-virus spiċċa, meta l-virus hawn għadu u mhux se joqgħod jistenna… kull opportunità li jkollu dan se jipprova jinfetta”
Dwar l-umminita tal-massa, magħrufa bħala l-herd immunity, Barbara qal li pajjiżna qatt ma seta’ jieħu riskju li jħalli lin-nies jiġu infettati biex l-pajjiż ikollu din l-immunita.
“Ahna rridu l-herd immunity wara li taslilna t-tilqima biex dak li jkun ma jkollux l-infezzjoni b’kumplikazzjonijiet kollha għax għadna ma nafux il-long term complications li jista’ jkollha l-COVID-19.”
Il-Virologu Chris Barbaba saħaq li l-qawwa tal-virus għadha l-istess kif kienet fil-bidu ta’ din il-pandemija iżda t-temperaturi sħan ta’ pajjizna jnaqqsu mis-saħħa ta’ kemm dan il-virus idum ħaj.
“Fis-sajf minhabba l-UV qawwija tax-xemx, dan idum ftit minuti u jispiċċa, iżda fix xitwa, kif terġa’ tinżel it temperatura u jkun hemm a sesaonal infection, dan se jkollu iktar saħħa biex jinfetta iktar nies.”
Fid-dawl ta’ dan kollu, huwa ħeġġeġ biex iktar minn qatt qabel, il-pubbliku jieħu t-tilqima tal-influwenza għax is-sintomi tal-influwenza u tal-COVID-19 huma simili ħafna. Jgħidilna li bħalissa għaddejja ħidma ma’ virologi oħra sabiex jinħoloq test differenti li minnu jkun magħruf jekk persuna għandhiex il-coronavirus jew l-influwenza staġjonali.
Dwar it-tilqima għal kontra l-COVID-19, huwa qal li hekk kif din tinħoloq, l-ewwel persuni li se tingħatalhom f’pajjiżna huma n-nies vulnerabbli u l-anzjani.
//= $special ?>