Coronavirus Lokali Saħħa

It-tobba jinsistu biex jieqfu l-attivitajiet tal-massa; jheddu b’azzjonijiet

"Waqfu l-attivitajiet tal-massa issa" - MAM

“Li tgħid lin-nies biex imorru party ta’ eluf, isiru xurbana u jkollhom atteġġjament ta’ responsabbiltà hija xi ħaġa bla sens”

Hekk saħqet l-Assoċjazzjoni Medika Maltija fi stqarrija ta’ appell lill-Gvern biex iwaqqaf l-attivitajiet tal-massa. Dan l-appell qiegħed isir wara li tħabbru żewġ clusters allarmanti li ħarġu minn party li sar fl-aħħar ġranet.

L-Assoċjazzjoni tat-Tobba kritikat mhux ftit in-nuqqas u l-eżempju ħażin tal-Prim Ministru… u sostniet li jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni konkreta fl-immedjat dwar dan, se tordna tilwima industrijali u numru ta’ direttivi biex tħares l-interessi tal-ħaddiema tobba u l-familji tagħhom.

Il-MAM qalet li qed titħasseb mhux ftit li aktar riżultati gravi se jiżvillupaw.

Huma qalu li jeħtieġ li jittieħdu deċizzjonijiet fuq fati xjentifiċi u mhux deċizzjonijiet populisti. Intqal li kienet mistennija li meta jinfetħu l-ajruporti għal pajjiżi li kienu fil-lista l-ħamra ta’ każi ta’ Covid u ħeġġiġna attivitajiet tal-massa li l-każijiet se jiżdiedu b’mod allarmanti.

“Bomba li konna qed nistennewha tieħu”

Il-MAM sostniet u kkundanat kunċert li sar fl-aħħar jiem bil-barka tal-Prim Ministru u qalet li Robert Abela qed iwassal eżempju ħażin u b’kunċert bħal dak mar kompletament kontra l-miżuri tad-distanza soċjali li huma rrakomandati minnhom u mis-Supridentent tas-Saħħa Pubblika.

Il-MAM kkundannat ukoll lill-Ministru tat-Turiżmu fil-mod kif qed titratta u tattira attivitajiet tal-massa wara li dawn l-istess attivitajiet kienu ġew miċħuda minn pajjiżi oħra.

Hija qalet li sa issa l-ebda pajjiż fl-Unjoni Ewropea ma approva attivtajiet tal-massa u bħalissa qed jikkunsidraw moniteraġġ aktar b’saħħtu ta’ din l-imxija.