Internazzjonali

Jammetti li kien hu li ta n-nar lill-Katidral

Fi Franza, refuġjat mill-iRwanda li huwa wkoll voluntier fil-Katidral ta’ San Pietru u San Pawl f’Nantes ammetta li kien hu li ta n-nar lill-orgni tal-istess Katidral, b’azzjoni li wettqet danni enormi fuq l-istess binja Gotika tas-Seklu 15.

Bħalissa ir-raġel qed jinżamm taħt il-kustodja tal-pulizja, b’rapporti jgħidu li r-rettur tal-istess Katidral jgħid li hu kien jafda lil dan ir-raġel b’għajnejh magħluqa… bħal ma jafda lill-kumplament tal-voluntiera li jgħinu fil-ħidma li ssir fil-Katidral.

Ir-raġel ta’ 39 sena jista’ jaffaċċja 10 snin ħabs u kif ukoll multa ta’ €150,000.

Tags