Kmieni dalgħodu waslu Malta aktar turisti minn Spanja. Dan hekk kif pajjiżna għadu ma daħħal ebda restrizzjonijiet fuq wasliet ġejjin minn Spanja, minkejja żieda sinifikanti fil-każi ta’ Covid-19.
Għall-ħabta tat-8:30am waslet titjira ta’ Ryanair minn Barcelona; belt fil-Katalonja, li hu wieħed mill-aktar reġjuni affetwati.
Bil-lejl se tasal titjira oħra minn Madrid.
B’kuntrast għal Malta, pajjiżi bħar-Renju Unit u n-Norveġja qed jimponu restrizzjonijiet fuq il-wasliet minn Spanja, bit-turisti jkunu obligati jagħmlu kwarantina eżatt malli jaslu l-ajruport. In-Norveġja tqis lil Spanja bħala pajjiż “fil-lista l-ħamra”.
