Ivan J.Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan J.Bartolo qal fil-parlament li l-pajjiż jeħtieġ ikollu Air Malta b’saħħitha u li s-soluzzjonijiet ma jinstabux billi jtikeċċew il-ħaddiema kif sar mad-69 pilota.
Ivan J.Bartolo qal li l-Prim Ministru Robert Abela qal li l-normalità se tibqa’ fil-kuntest tal-COVID-19 u li Malta se tibqa’ miftuħa għan-negozju. Hu importanti li naħdmu flimkien biex nibqgħu miftuħin għan-negozju, sostna Ivan J.Bartolo, li staqsa xi kwalità ta’ impjiegi huma l-4,000 impjieg li l-gvern qal li nħolqu.
Il-Prim Ministru ma tkellimx fuq l-Air Malta, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-Air Malta hi element strateġiku nazzjonali; Malta ma jistax ma jkollhiex l-Air Malta li hi pilastru ta’ dan il-pajjiż.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li hemm 69 pilota li spiċċaw xogħol; għal dawn in-nies u l-familji tagħhom il-gvern m’għamel xejn. Din żgur mhix normalità. Fl-24 ta’ Marzu 2020 l-Air Malta informat lid-DIR li kienet waslet għal ftehim mal-unions li se jibdew imexxu meta ma kienx veru; anki l-unions ċaħdet dan kollu. Fis-7 ta’ April 2020 l-Air Malta bdiet il-proċess ta’ sensji kollettiv u poġġiet pressjoni fuq l-ALP fin-negozjati.
Qabel il-5 ta Ġunju 2020, l-ALP pproponiet diversi soluzzjonijiet biex il-problemi tal-COVID-19 jkunu indirizzati b’mod ġust għal kulħadd. Il-gvern m’għamel xejn normali fil-kuntest ta’ dawn in-nies. Il-gvern daħħaet miżuri li se ċċaħħad lill-Air Malta milli tikseb in-normalità.
Hu semma’ l-Med Air li qed tieħu t-titjiriet charter mingħand l-Air Malta u qal liil-COVID-19 intużat għal ċertu miżuri. Il-Med Air impjegat 3 kaptani u 4 first officers minn dawk li tkeċċew b’kuntratti ta’ sitt xhur. It-team ta’ piloti li kienu tant importanti għal Malta tkisser.
Ivan J.Bartoko qal li n-normalità tiffser li r-ristoranti u l-lukandi jkunu mimlijin u għalhekk jeħtieġ Air Malta b’saħħitha. L-Air Malta jeħtieġ li tnaqqas l-ispejjeż iżda dawn jistgħu jinkisbu biss jekk tkun fl-ajru; is-soluzzjoni mhix li jitkeċċew il-piloti iżda li jaħdmu flimkien. Is-soluzzjoni a’ tnaqqis ta’ 90% fil-pagi tal-piloti ma kienitx soluzzjoni, sostna Ivan J.Bartolo.
//= $special ?>