Internazzjonali

Jiħraxu d-dimostrazzjonijiet fl-Istati Uniti; raġel ieħor jinqatel fi sparatura

Tkompli tiħrax is-sitwazzjoni instabbli fl-Istati Uniti dan hekk kif fl-aħħar sigħat persuna nqatlet f’Austin tul l-aħħar protesti li qed isiru mal-pajjiż kollu.

L-aħħar vittma kien Garrett Foster, ta’ 28 sena, li nqatel bi sparatura ta’ raġel li għaddha minn fejn id-dimostrazzjoni li kienet qed issir kontra l-vjolenza tal-pulizija.

L-omm tal-vittma qalet li Foster tilef ħajtu fost il-paniku tan-nies madwaru, waqt li kienet qiegħed jimbutta lill-għarusa tiegħu li tuża wheelchair.

F’Denver, Colorado kien hemm każ simili dan hekk persuna spara fuq id-dimostranti, bl-ispartura tweġġa’ persuna.

F’Oakland, f’Kalifornja d-dimostranti kissru partijiet minn għassa tal-Pulizija u kif ukoll ingħataw in-nar numru ta’ vettura, bil-qawwiet tal-ordni jużaw il-gass tad-dmugħ biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Hemm tħassib li d-dimostrazzjonijiet li ġew imqanqla bil-qtil ta’ George Floyd se jissoktaw fil-ġranet li ġejjin… dan hekk kif f’waqtiet il-protesti qed jieħdu xejra kriminali b’numru ta’ ħwienet u binjiet jiġu vvandalizzati u misruqa.