It-tielet membru minn grupp ta’ erba’ li allegatament kienu involuti f’attentat ta’ serq fil-bini tax-xjenzi fl-Università ta’ Malta f’Ġunju, ingħata l-libertà proviżorja fuq it-tneħħija tiegħu nhar it-Tnejn.
Jonathan Degiorgio, ta’ 35 sena, tressaq il-qorti ftit iktar minn xahar wara li allegatament ipprova jisraq drogi miżmuma għall-ittestjar fl-università fil-25 ta’ Ġunju. Hu wieġeb mhux ħati tal-akkużi.
Juanito Jimenez u John Joseph Debono li kienu l-ewwel mill-grupp li tressqu l-qorti ukoll wieġbu li mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom.
Fil-każ ta’ Degiorgio, l-avukati difensuri Franco Debono u Amadeus Cachia indikaw li ż-żewġ akkużati l-oħra inħelsu mill-arrest u wara li semgħet is-sottomissjonijiet miż-żewġ partijiet, il-maġistrat Claire Stafrace Zammit, laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €10,000, fost oħrajn.
Il-qorti poġġiet lill-akkużat taħt ordni ta’ sorveljanza sakemm jintemmu l-proċeduri.
//= $special ?>