Coronavirus Lokali Saħħa

Każ ġdid ta’ COVID-19; il-każi attivi jitilgħu għal 27

Il-każi attivi f’pajjiżna telgħu għal 27 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa rriżulta każ ġdid ta’ COVID-19 minn 850 swab test.

Dan il-każ jifforma parti minn cluster ta’ każi oħrajn li ħarġu minn avveniment tal-massa li seħħ f’lukanda f’San Ġiljan ftit aktar minn ġimgħa ilu.

Fl-aħħar aġġornament fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru tas-Saħħa ma kien imħabbar ebda persuna li fieqet mill-Coronavirus biex b’hekk in-numru totali ta’ dawk li fiequ jibqa’ 665.

Fl-aħħar 10 t’ijiem, f’pajjiżna kienu rreġistrati 27 każ wara aktar minn ġimgħa mingħajr ebda każ. Dan ifisser li din il-21 ġimgħa tal-pandemija fi xtutna kienet l-għar waħda fl-aħħar 9 ġimgħat meta l-każi kienu bdew jonqsu lura f’Mejju li għadda.

Sa mis-7 ta’ Marzu f’Malta u f’Għawdex rajna total ta’ 701 każ.