Lokali Parlament

L-Avukat Ġenerali għandu jinħatar biż-żewġ terzi tal-parlament

Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi appella biex l-Avukat Ġenerali għandu jinħatar biż-żewġ terzi tal-parlament

Fil-parlament Jason Azzopardi qal li l-uġigħ ta’ ras tal-poplu hi l-imparzjalità tal-Avukat Ġenerali għaliex numru ta’ episodji wasslu biex ikun hawn dubju dwar id-deċiżjonijiet li qed jieħu l-Avukat Ġenerali. Hu semma’ kif il-PL kiser il-kuntratt ta’ ċens fuq l-Australia Hall fejn intbgħatet ittra uffiċjali lill-PL u infetħet il-kawża. F’kull pass ta’ dik id-deċiżjoni kien involut l-Avukat Ġenerali fejn infetħet il-kawża.

Wara l-2013 tela’ l-gvern Laburista u Joseph Muscat waqqa’ l-kawża kontra l-PL biex il-PL seta’ jinnegozja propjetà pubblika minn fuq dahar il-poplu; liema kuntratt kien inkiser għal aħafna snin.

Jason Azzopardi qal li uffiċjali tad-Dipartiment tal-Artijiet qalu li kien waqqgħu l-kawża kontra l-PL fuq parir tal-Avukat Ġenerali; dan ma jistax ikun għax taħt gvern Nazzjonalista l-istess AĠ kien ta parir fl-oppost. L-Avukat Ġenerali ma riedx iwieġeb għal din il-mistoqsija.

Propju għalhekk il-PN jrid li anki l-AĠ jkun maħtur biż-żewġ terzi tad-deputati, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-AĠ preżenti jrid jassumi responsabbiltà għal ċertu deċiżjonijiet li tappnu isem Malta.

F’April 2016, xahar wara l-iskandlu tal-Panama Papers fejn jissemma’ l-ex Ministru Konrad Mizzi, ta parir lill-pulizija biex ma jkunu sekwestrati s-servers. Kieku l-AĠ għamel dmiru dakinhar hemm probabbiltà li l-qtil ta’ Daphne Caruana Galiaiza jkun evitat. Kien biss il-gvern tal-Ażerbajġan li kien jiddefendi lil Malta.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ kif l-AĠ m’għamilx it-talba għall-monitoraġġ fl-investigazzjonijiet iżda issa se jkun hemm id-dritt li d-deċiżjonijiet tal-AĠ jkunu skrutinizzati. Hu staqsa x’inhi d-diffikultà tal-gvern li jaċċetta li l-AĠ jkun maħtur biż-żewġ terzi tad-deputati. Irid ikun ikkunsidrat li fl-aħħar snin l-AĠ baqa’ sieket u ma aġixxiex quddiem każi serji bħal tal-Panama Papers.

Kieku l-AĠ għamel dmiru skont il-liġi, kieku ħafna mill-ħsara ki saret lil Malta wara l-2016 kienet kienet tkun evitata waqt li l-ħajja ta’ Daphne Caruana Galizia kienet tkun salvata għaliex il-kriminalità ma kienux jingħataw ir-riħ. L-impunità wasslet għal omiċidju, sostna d-deputat Nazzjonalista.