Coronavirus Lokali Saħħa

“L-irresponsabbiltà tal-ftit m’għandhiex tkun ta’ detriment għas-saħħa ta’ bosta persuni”

“Għalfejn l-irresponsabbiltà tal-ftit għandha tkun ta’ detriment għas-saħħa ta’ bosta persuni vulnerabbli fosthom dawk li jgħixu b’kundizzjonijiet kroniċi bħad-dijabete u l-anzjani? Dawn il-persuni segwew struzzjonijiet mill-awtoritajiet tas-saħħa b’mod rigoruż għal bosta ġimgħat u għamlu ħafna sagrifiċji personali. Dan apparti li sar ħafna mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jiġġieldu kontra l-Covid-19 madankollu f’dan l-istadju ma nistgħux nirriskjaw li s-saħħa tal-pubbliku ġenerali titpoġġa f’riskju” Dikjarazzjoni ċara milll-Għaqda Maltija kontra d-Dijabete.

L-Għaqda tappella lill-awtoritajiet konċernati biex jipprojbixxu l-avvenimenti tal-massa. Peress li dawn l-avvenimenti ġeneralment jinvolvu folol kbar li mhux dejjem isegwu s-social distancing jew jilbsu maskra protettiva, il-virus jista’ jinfirex faċilment. L-Għaqda Maltija kontra d-Dijabete tħoss li kwalunkwe avveniment tal-massa għandhom jiġu kanċellati biex jiġi żgurat li s-saħħa tal-pubbliku ma titpoġġiex f’riskju.

L-Għaqda qed tappella lill-pubbliku biex jibqa’ jiġu l-prekawzjonijiet kollha sabiex jitnaqqas it-tixrid tal-coronavirus. L-iktar fl-iżviluppi li seħħew fl-aħħar jiem. Il-pubbliku għandu jibqa’ jsegwi l-linji gwida kollha maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa inklużi d-distanza soċjali, il-ħasil frekwenti tal-idejn u l-ilbies ta’ maskri protettivi.