Edukazzjoni Lokali

L-iskejjel mistennija jerġgħu jiftħu fit-28 ta’ Settembru

Waqt is-seduta Parlamentari tat-Tnejn, il-Ministru Owen Bonnici, stqarr li l-iskejjel ser jerġgħu jiftħu nhar it-28 ta’ Settembru li ġej. Il-Ministru tal-Edukazzjoni insista li ser jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha.

Owen Bonnici kien qed iwieġeb għal mistoqsija li saret mid-Deputat Nazzjonalista David Thake.

Ħafna ġenituri diġa’ huma mħassba dwar kif qed tiżviluppa s-sitwazzjoni marbuta mal-pandemija. Jidher li l-Ministeru hu deċiż li jiftaħ l-iskejjel.

Mhux magħruf jekk jeżistix pjan ta’ kontinġenza kemm-il darba tikber il-kriżi medika fil-ġimgħat li ġejjin.