Lokali

Mara ssofri ġrieħi gravi wara inċident f’Santa Luċija

Mara ta’ 40 sena, residenti Raħal Ġdid ittieħdet b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Dawret it-Torri, f’Santa Luċija għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ dalgħodu.

Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn il-vettura tal-għamla Kia Sportage, li kienet qed tinstaq minn raġel
ta’ 37 sena residenti Ħal Tarxien u l-mutur tal-għamla Piaggio, li kien qed jinstaq mill-mara.

Ix-xufiera tal-mutur ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.