Lokali Saħħa

Melvin Theuma joħroġ mit-taqsima tal-kura intensiva

Għaddiet kważi ġimgħa minn meta Melvin Theuma, skont il-Pulizija, “weġġa lilu nnifsu” waqt li kien fir-residenza tiegħu fis-Swieqi.

Il-middleman ilu kważi ġimgħa rikoverat fl-Isptar Mater Dei, isoffri minn ġrieħi gravi li kkawża f’għonqu u f’ġenbu permezz ta’ daqqiet ta’ sikkina. Theuma baqa’ f’qagħda stabbli u issa tmexxa mit-Taqsima tal-Kura Intensiva għas-sala tal-ENT fl-Isptar Mater Dei.

Net News kien żvela li l-middleman spiċċa bi ħsara rreparabbli fil-kordi vokali u għalhekk jista’ jikkomunika biss bil-kitba hekk kif l-investigazzjonijiet fil-każ għadhom għaddejjin.