Lokali Parlament

Preżentat Private Member’s Bill dwar l-użu tal-emails privati għal xogħol tal-Gvern

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi preżenta fil-Parlament Abbozz ta’ Liġi bil-għan li l-użu tal-emails mhux uffiċjali minn uffiċjali pubbliċi għal xogħol tal-Gvern, ikun meqjus att kriminali u punibbli bi priġunerija minn sena sa tmien snin. Dan ikun jgħoddu ukoll għall-membri tal-Kabinett.

Jason Azzopardi, saħaq li huwa xokkanti li Joseph Muscat, meta kien Prim Ministru, innegozja l-ftehim tal-Cafe’ Premier għal €4.2 miljun u għamel dan bl-użu privat tiegħu u mhux b’dak pubbliku.

Id-deputat Nazzjonalista saħaq li matul is-snin wara l-2017, sa din is-sena stess, sar magħruf kif diversi Ministru baqgħu jużaw l-emails privati għal xogħol tal-Gvern.

Hu insista li hemm aktar abbozzi li se jkun qed iressaq ‘il quddiem.