Lokali Parlament

Qed jitwaqqfu inizjattivi għall-persuni b’diżabbiltà

Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan J.Bartolo qal li dan il-gvern qed iwaqqaf diversi inizijattivi u proġetti għall-parsuni b’diżabbiltà.

Ivan Bartolo qal li hu tajjeb li jridu inizjattivi favur ikar ħaddiema fuq il-post tax-xogħol iżda l-gvern jesponi proġetti li jgawdu minnhom persuni b’diżabbiltà u jinqeda bihom għall-gwadan politiku bla ma jifhem it-tbatijiet siekta li dawn il-persuni jbatu minn ġo djarhom.

Hu qal li ħafna proġett jibqgħu ma jsirux u staqsa x’inhuma l-pjani għall-kumpless Vajrità f’Marsascala; liema kumpless tħalla abbandunat għal iktar minn sena u nofs. Meta se jibdew ix-xogħlijiet f’dan il-proġett?

Hu semma’ l-Imtarfa Day Centre u staqsa għaliex fl-aħħar tliet snin baqa’ qatt ma sar xejn waqt li l-persuni b’diżabbiltà kienu mwiegħda li x-xogħol se jibda. Il-Ministru Falzon irringrazzja lill-ħaddiema tul il-COVID-19 iżda l-ħaddiema ingħataw transfers bl-addoċċ. Persuni b’diżabbiltà jitgerfxu meta jinbidlu l-istaff u l-careres. Dawn kumpens jistħoqqilhom u mhux stress.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-Paola Day Centre u staqsa għaliex ma sarx l-modernizzar imwiegħed. Hu staqsa jekk dan iċ-ċentru hux se jkun rilokat u għalekk twaqqaf kull investiment maġġuri. Dwar iċ-Ċentru Spero, hu qal li fih jattendu persuni nieqsa mid-dawl iżda l-aċċessibbiltà għat-tielet sular hi permezz ta’ lift żgħir jew taraġ dejjaq. X’inhuma l-pjani f’dan ir-rigward? Dan mhux post addattat għal dawn il-persuni.

Id-deputat Nazzjonalista staqsa jekk il-proġett Reach fi Triq it-Torri tal-Kaptan in-Naxxar jinsabx wieqaf u jekk dan hux se jitwaqqaf għal kollox. Il-gvern għandu jispeċifika jekk jistgħux jintilfu fondi mill-UE. Għad hemm ħafna x’isir fis-settur tal-persuni b’diżabbiltà.

Id-deputat Nazzjonalista staqsa fejn hemm l-1,000 persuna b’diżabbiltà li l-gvern qal li ħaddem. Hemm problemi ta’ trasport għall-persuni b’diżabbiltà lejn iċ-Ċentri fi ħdan l-Aġenzija Support. Għaliex il-proġett ta’ one stop shop għalaq il-bibien fl-aħħar ġimgħat.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li għamlu festa bil-fjuri fejn irriżulta li rawha 88,000 persuna fosthom mill-Awstralja iżda minħabba li l-web cam kienet skonnettjata mhux biżżejjed jispeċifikaw minn fejn din il-festa ta’ fjuri kienet segwita.