Internazzjonali

Tama li jitwaqqaf il-kunflitt fil-Krimeja

Raġġ ta’ tama wara kważi 6 snin ta’ kunflitti fejn kollox qed jindika li ntlaħaq qbil ta’ waqfien mill-ġlied bejn l-Ukrajna u l-ġellieda separatisti favur ir-Russja fil-Krimeja.

Il-kunflitt kien beda meta l-Krimeja tista’ tgħid kienet inħatfet mir-Russja fl-2014, kunflitt li halla aktar minn 14,000 persuna mejta.

Issa kollox qed jindika li bdew it-taħditiet għall-paċi biż-żewġ presidenti, kemm tar-Russja u kif ukoll tal-Ukrajna kienu kommessi li jintlaħaq qbil. Rapporti qed jgħidu li ż-żewġ naħat għamlu kuntatt telefoniku il-Ħadd filgħaxija biex jiddiskutu t-triq ‘il quddiem.

Il-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelenskyy kien rebaħ l-elezzjoni ġenerali tal-2019 bl-għajta li jwaqqaf il-ġlied.

Tags