Lokali

Tifel iweġġa’ gravi wara li prova jaqbeż fil-baħar

Ritratt: Martin Agius

Tifel ta’ 14-il sena, ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, minħabba li sofra xi ġrieħi l-bajja ta’ Tigne’ f’Tas-Sliema għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar.

Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li t-tifel prova jaqbeż ġol-baħar, fl-imsemmija bajja, iżda laqat il-blat. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa fuq il-post sabiex jassistu lit-tifel u
wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura meħtieġa. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.