Żagħżugħ ta’ 24 sena residenti Ħal Kirkop qiegħed isofri feriti ħfief wara li għall-ħabta tas-7.20am baqa’ dieħel f’arblu bil-vettura tiegħu fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.
Kollox jindika li x-xufier tal-vettura Opel Astra, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu u baqa’ dieħel fl-imsemmi arblu, b’konsegwenza li mill-vettura ħareġ xi żejt jew fuel.
Membri tal-Pulizija ssejħu fuq il-post, u minn informazzjoni li ksibna jidher li minħabba ż-żjut żewġ karreġġjati tal-istess triq jinsabu magħluqa.
Il-pulizija kkonfermaw ma’ Net News li fuq il-post marret minnufih ambulanza u kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili, bl-informazzjoni li għandna x-xufier inħareġ mill-vettura b’diffikulta wara li kellha titneħħa l-bieba.
Infatti l-pulizija qalulna li l-karreġġjati damu kważi sagħtejn biex jerġgħu jinfetħu u jirritornaw għan-normal.
Ritratti: Matthew Tabone, Maria Francalanza
//= $special ?>