Lokali

33 immigrant ieħor ‘il barra minn Malta

Skont l-organizzazzjoni Alarm Phone, mat-33 immigrant ieħor jinsabu ftit ‘il barra minn xtutna u li jinsabu f’periklu.

Alarm Phone qed jgħidu li dawn l-immigranti qed jittalbu biex jiġu salvati hekk kif id-dgħajsa li qegħdin fuqha qed timtela’ bl-ilma u għadd ta’ persuni abbord intilfu minn sensihom minħabba s-sħana kbira u n-nuqqas ta’ ilma.

L-istess organizzazzjoni qed tgħid li l-immigranti qed jirrapportaw il-preżenza ta’ helicopter, madankollu mhux ċar jekk dan il-helicopter hux tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Netnews.com.mt ikkuntattja lill-AFM dwar dan. Madankollu huma la kkonfermaw u lanqas ċaħdu li kienu involuti f’xi operazzjoni.