Lokali Parlament

Appell ieħor mill-PN biex jintlaħaq ftehim dwar il-bidliet kostituzzjonali

Chris Said, PN

Id-deputat Nazzjonalista Chris Said reġa’ appella lill-gvern biex isib soluzzjoni u jibqa’ jiddjaloga dwar ir-riformi kostituzzjonali.

Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern hu mgħaġġel u dahru mal-ħajt għaliex l-istituzzjonijiet barranin bħall-Kummissjoni Venezja u l-Kummissjoni Ewropea tefgħu l-lenti fuq Malta wara li fl-aħħar seba’ snin l-istituzzjonijiet intużaw bħala paraventu biex jgħattu lill-gvern.

L-Ombudsman kellu anki jieħu lill-gvern quddiem il-qorti għaliex fil-każ tal-Forzi Armati ma riedx iwettaq ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

Fil-ħatra tal-Ombudsman il-pajjiż se jmur pass lura, sostna Chris Said, li kompla li l-gvern irid jibqa’ għaddej romblu minn fuq l-Oppożizzjoni anzi meta jaf li għandu bżonn l-appoġġ tal-Oppożizzjoni biex jgħaddihom.

Minn 10 abbozzi, il-gevrn ippubblika biss erba’ abbozzi bla konsultazzjoni u l-vot jgħaddi fi ftit ġranet. Issa l-gvern ippubblika s-sitt abbozzi l-oħra l-għaġġla. Il-gvern ressaq biss dawk l-abbozzi li għandu bżonn iż-żewġ terzi biex ara s-sajf il-gvern jgħaddihom bla appoġġ tal-Oppożizzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Oppożizzjoni se terfa’ r-responsabbiltà għall-vot u jekk il-gvern irid qbil fuq pakkett, allura l-PN lest jiddiskuti. Fuq l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, il-PN qed jinsisti li issa hi l-opportunità li jintlaħaq ftehim. Il-gvern qed jieħu pożizzjoni anomala fejn qed jipproponi li l-Avukat Ġenerali jitneħħa biż-żewġ terzi iżda ma jinħatarx bl-istess mod.

Hu qal li hemm ukoll il-membri tal-Kummissjoni Elettorali, l-Awtorità tax-Xandir, il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku u l-Kummissjoni għax-Xogħol; issa h l-mument li ċ-chaipersons ta’ dawn il-kummissjonijiet biż-żewġ terzi inkella jinħatar mill-President.

Il-Kummissjoni Venezja kienet ċara li d-deputati ma jkollhomx xogħlijiet ta’ konsulenzi mal-gvern iżda l-gvern ma jimpurtaħx minn dan dan tant li deputat tal-gvern għandu kif jingħata direct order ta’ eluf kbar mid-Dipartiment tal-Artijiet. Anki l-Kummissarju għall-Istandards ħa l-istess pożizzjoni. Il-PN kien dejjem favur ftehim u għad hemm il-possibbiltà li jinstab ftehim qabel jittieħed il-vot.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-Ombudsman u qal li issa l-gvern se jagħżel hu b’maġġoranza sempliċi jekk ma jkunx hemm qbil. Dan ifsser li se mmorru lura għas-sitwazzjoni li ninsabu fiha llum, sostna Chris Said, li kompla li l-Ombudmsan mhux eżekuttiv u għalhekk jista’ jkun hemm okkażjonijiet fejn iċ-ċittadini ma jingħatawx rimedju.

Il-PN qed jipproponi li fejn ikun hemm deċiżjonijiet tal-Ombdusman mhux attwati, dawn għandhom ikunu diskussi quddiem kumitat parlamentari. Dan bl-iskop li l-gvern u d-dipartimenti jkunu taħt skrutinju. Hemm deċiżjonijiet li kienux attwati sempliċiment minħabba pika. Din il-proposta kienet tagħti iktar saħħa liċ-ċittadini quddiem deċiżjonijiet mhxu attwati, sostna Chris Said.