Futbol Sport

Atalanta 90 minuta bogħod milli jispiċċaw il-kampjonat fit-tieni post

(Ritratt: EPA)

Atalanta kisbu tliet punti importanti fit-tentattiv li għall-ewwel darba jispiċċaw il-kampjonat fit-tieni post. Fi Stadio Tardini għelbu lil Parma 2-1 f’konfront li kellhom jirkupraw minn gowl minn taħt. B’hekk huma jinsabu bi 78 punt fil-klassifika.

Parma fetħu l-iskor fit-43 minuta b’gowl ta’ DEJAN KULUSEVSKI wara li ħa vantaġġ minn żball ta’ Bosko Sutalo u skorja minn qagħda ideali. Atalanta ġabu d-draw fis-70 minuta bi free-kick ta’ RUSLAN MALINOVSKY li għadda mill-barriera. Il-gowl tar-rebħa wasal fl-84 minuta b’azzjoni personali ta’ ALEJANDRO GOMEZ.