Lokali Parlament

Deċiżjonijiet tal-Ombudsman qed jiġu injorati mill-gvern

Karol Aquilina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li l-Ombudsman għamel ġid kbir lill-pajjiż u sostna li mhux sew li l-gvern jinjora lil min ikun sofra inġustizzja. L-Ombudsman kienet riforma rivoluzzjonarja għall-pajjiż. L-Ombudmsan hu l-akbar ħabib taċ-ċittadin fid-demokrazija Maltija iżda dan għadu ma ntużax biżżejjed.

Il-PN qed jissuġġerixxi kumitat parlamentari biex il-gvern iwieġeb meta r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman ma jkunux attwati. L-Ombudmsan jagħmel differenza kbria fil-ħajja tan-nies iżda jiddependi ħafna mill-mod kif il-gvern jimplimenta id-deċiżjonjiet.

Hu qal li dejjem kien hemm qbil dwar l-Ombusman, l-Awditur Ġenerali, il-Prim Imħallef u l-Kummissarju għall-Istandards għax kien hemm ir-rieda tajba miż-żewġ naħat. Hemm garanzija li ż-żewġ terzi taħdem, sostna Karol Aquilina, li kompla li għad hemm possibbiltà li tinstab soluzzjoni. Is-sitwazzjoni li qed jipproponi l-gvern tista’ twassal għal abbuż kbir.

Karol Aquilina ppropona li l-Ombudman ikollu rwol ta’ medjatur bejn iċ-ċittadin u l-gvern u ppropona wkoll li meta ċ-ċittadin jingħata r-raġun mill-Omsbudman u ma jieħdux ikun jista’ jieħu passi legali kontra l-gvern.